cover
qoxra
The illustration on the cover of this publication is very touching.
L-istampa fuq il-qoxra ta’ din il-pubblikazzjoni hija kommoventi ħafna.
We can ask people the question on the cover of this magazine.
Nistgħu nistaqsu lin-nies il-mistoqsija fuq il-qoxra ta’ din ir-rivista.
article
artiklu
This article is the second in a series of three articles.
Dan l-artiklu huwa t-tieni minn serje ta’ tliet artikli.
This article is very practical.
Dan l-artiklu huwa prattiku ħafna.
What subject will the following article discuss?
L-artiklu li jmiss x’suġġett se jiddiskuti?
series of articles
serje t’artikli
This week we will begin studying a series of articles regarding …
Din il-ġimgħa se nibdew nistudjaw serje t’artikli dwar …
The information in this series of articles is applicable to …
L-informazzjoni f’din is-serje t’artikli tgħodd għal …
study article
artiklu għall-istudju
This week’s study article and next week’s study article are closely related.
L-artiklu għall-istudju ta’ din il-ġimgħa u dak tal-ġimgħa d-dieħla għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin.
A summary of this week’s study article appears on page two of the magazine.
Sommarju tal-artiklu għall-istudju ta’ din il-ġimgħa jidher f’paġna tnejn tar-rivista.
This study article is very relevant to our ministry.
Dan l-artiklu għall-istudju jgħodd ħafna għall-ministeru tagħna.
title
titlu
Who would like to read the title of this book?
Min jixtieq jaqra t-titlu ta’ dan il-ktieb?
The title of this book is very interesting.
It-titlu ta’ dan il-ktieb huwa interessanti ħafna.
The title of the brochure is very comforting.
It-titlu tal-browxer jipprovdi ħafna faraġ.
theme
tema
The theme of next week’s study article is …
It-tema tal-artiklu għall-istudju tal-ġimgħa d-dieħla hija …
How is the theme of this article related to the theme of the previous article?
It-tema ta’ dan l-artiklu kif inhi relatata mat-tema tal-artiklu ta’ qabel?
scripture
skrittura
Let’s look up these scriptures.
Ejja naraw dawn l-iskritturi.
Please read the cited scriptures.
Jekk jogħġobkom aqraw l-iskritturi ċitati.
This scripture is easy to understand.
Din l-iskrittura faċli biex tifhimha.
Would someone volunteer to read the scripture appearing in bold print?
Min jixtieq joffri li jaqra l-iskrittura li tidher b’tipa grassa?
theme scripture
skrittura prinċipali
The theme scripture of this week’s study article is …
L-iskrittura prinċipali tal-artiklu għall-istudju ta’ din il-ġimgħa hija …
Let’s read the theme scripture.
Ejja naqraw l-iskrittura prinċipali.
subheading
sottitlu
Now we will consider the next subheading: …
Issa se nikkunsidraw is-sottitlu li jmiss: …
What did we learn from the paragraphs under the previous subheading?
X’tgħallimna mill-paragrafi taħt is-sottitlu li għadda?
footnote
nota ta’ taħt
Brother ___, please read the footnote as well.
Ħuna ___, jekk jogħġbok aqra wkoll in-nota ta’ taħt.
What extra information does the footnote give us?
X’informazzjoni oħra tipprovdilna n-nota ta’ taħt?
appendix
appendiċi
This appendix will help us to learn more about …
Dan l-appendiċi se jgħinna nitgħallmu iktar dwar …
Let’s turn to the appendix on page two hundred and twenty-one.
Ejja naraw l-appendiċi f’paġna mitejn u wieħed u għoxrin.
The explanation given in this appendix is very clear.
L-ispjegazzjoni mogħtija f’dan l-appendiċi hija ċara ħafna.
box
kaxxa
Let’s look up the scriptures in the box on page seventeen.
Ejja naraw l-iskritturi fil-kaxxa f’paġna sbatax.
Brother ___, please read the information in the box on page twenty.
Ħuna ___, jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni fil-kaxxa f’paġna għoxrin.
illustration
stampa
This illustration is very beautiful.
Din l-istampa hija sabiħa ħafna.
Children, who can you see in the illustration?
Tfal, lil min tistgħu taraw f’din l-istampa?
photograph
ritratt
What is happening in this photograph?
X’qed jiġri f’dan ir-ritratt?
The photograph on page fifteen is very detailed.
Ir-ritratt f’paġna ħmistax fih ħafna dettalji.
caption
caption
What does the caption say?
X’tgħid il-caption?
Who would like to read the caption to the illustration on page twelve?
Min jixtieq jaqra l-caption tal-istampa f’paġna tnax?
page
paġna
The experience on the following page is very encouraging.
L-esperjenza fil-paġna li jmiss hija inkuraġġanti ħafna.
The sample conversations appearing on this page are worth noting.
L-eżempji ta’ konversazzjonijiet li jidhru f’din il-paġna huma utli ħafna.
word
kelma
Which word in the title should you emphasize?
Liema kelma fit-titlu għandek tenfasizza?
The words in bold print are worth remembering.
Il-kliem b’tipa grassa huma ta’ min jiftakarhom.
You can underline the most important words.
Tista’ timmarka l-iktar kliem importanti.
This Bible translation is easy to understand.
Din it-traduzzjoni tal-Bibbja faċli biex tifhimha.
That Bible translation does not use modern language.
Din it-traduzzjoni tal-Bibbja ma tużax kliem modern.
question
mistoqsija
The questions appear at the bottom of the page.
Il-mistoqsijiet jidhru fin-naħa t’isfel tal-paġna.
In your own words, what is the answer to this question?
Fi kliemek, x’inhi t-tweġiba ta’ din il-mistoqsija?
You can write the answer to this question in the margin.
Tista’ tikteb mal-ġenb it-tweġiba ta’ din il-mistoqsija.
preview questions
mistoqsijiet tal-ftuħ
review questions
mistoqsijiet bħala reviżjoni
main point
punt prinċipali
What is the main point of this paragraph?
X’inhu l-punt prinċipali ta’ dan il-paragrafu?
What are the main points that we learned from this week’s material?
X’inhuma l-punti prinċipali li tgħallimna mill-materjal ta’ din il-ġimgħa?
paragraph two
paragrafu tnejn
paragraphs two to four
paragrafi tnejn sa’ erbgħa
paragraphs two and three
paragrafi tnejn u tlieta
the next paragraph
il-paragrafu li jmiss
the next two paragraphs
iż-żewġ paragrafi li jmiss
this paragraph
dan il-paragrafu
these two paragraphs
dawn iż-żewġ paragrafi
the previous paragraph
il-paragrafu ta’ qabel
the previous two paragraphs
iż-żewġ paragrafi ta’ qabel
question ten
mistoqsija għaxra
question ten, part a
mistoqsija għaxra, parti a
question ten, part b
mistoqsija għaxra, parti b
question ten part c
mistoqsija għaxra, parti ċ
the beginning of this article
il-bidu ta’ dan l-artiklu
the middle of this article
in-nofs ta’ dan l-artiklu
the end of this article
it-tmiem ta’ dan l-artiklu
the third line
it-tielet linja
the third line from the top of the page
it-tielet linja mill-bidu tal-paġna
the third line below the subheading
it-tielet linja wara s-sottitlu
the left-hand column
il-kolonna fuq ix-xellug
the right-hand column
il-kolonna fuq il-lemin
the top of the page
in-naħa ta’ fuq tal-paġna
the bottom of the page
in-naħa t’isfel tal-paġna
page fifteen
paġna ħmistax
Let’s turn to page fifteen.
Ejja mmorru f’paġna ħmistax.
Please turn to page fifteen of the study material.
Jekk jogħġobkom morru f’paġna ħmistax tal-materjal għall-istudju.
Please open your magazines to the article on page fifteen.
Jekk jogħġobkom iftħu r-rivisti tagħkom fl-artiklu f’paġna ħmistax.
front page
paġna ta’ quddiem
The front page of this brochure is very eye-catching.
Il-paġna ta’ quddiem ta’ dan il-browxer tolqot l-għajn.
back page
paġna ta’ wara
The back page of this magazine contains an interesting experience.
Il-paġna ta’ wara ta’ din ir-rivista fiha esperjenza interessanti.
There are some questions on the back page of this brochure.
Fil-paġna ta’ wara ta’ dan il-browxer hemm xi mistoqsijiet.