The Bible assures us that these problems will soon end.
Il-Bibbja tiżgurana li dawn il-problemi dalwaqt se jispiċċaw.
God’s Word encourages us to pray.
Il-Kelma t’Alla tinkuraġġina biex nitolbu.
The Holy Scriptures give us the knowledge we need to build a successful family life.
Il-Kelma Mqaddsa tagħtina l-għarfien li għandna bżonn biex nibnu b’suċċess ħajja tal-familja.
Notice what ___ said.
Innota x’qal ___.
Notice what ___ wrote.
Innota x’kiteb ___.
Notice what ___ says.
Innota x’jgħid ___.
Let me show you …
Ħa nurik …
Did you notice what it says in the second half of that verse?
Innotajt x’jgħid fit-tieni parti ta’ dan il-vers?
Let me show you what the Bible says about this problem.
Ħa nurik x’tgħid il-Bibbja dwar din il-problema.
Let me show you the Bible’s answer to that question.
Ħa nurik it-tweġiba tal-Bibbja għal din il-mistoqsija.
Do you think mankind will ever enjoy conditions such as those described here?
Taħseb li l-bnedmin qatt xi darba se jgawdu kundizzjonijiet bħalma nsibu deskritti hawn?
Do you think that this is good advice?
Taħseb li dan huwa parir tajjeb?
I’d like to get your opinion on this verse.
Nixtieq l-opinjoni tiegħek fuq dan il-vers.
Do you think our community would be a better place if everyone lived by these words?
Taħseb li l-komunità tagħna tkun post aħjar li kieku kulħadd jgħix skont dan il-kliem?
How do you think families would be affected if they applied this advice?
Kif taħseb li jmorru l-familji li kieku kellhom japplikaw dan il-parir?