Many respect the Bible but think that much of it has little practical value in our modern world. What do you think? [Allow for response. Then read Romans 15:4.]

Ħafna jirrispettaw il-Bibbja imma jħossu li kważi fiha ftit valur prattiku fid-dinja moderna. Int x’taħseb?  [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rumani 15:4.]

In the past, people often looked to the Bible for guidance. But now many say they have doubts. How do you feel? [Allow for response. Then read 2 Timothy 3:16.]

Fl-antik, in-nies spiss kienu jduru lejn il-Bibbja għall-gwida. Imma issa ħafna jgħidu li għandhom id-dubji. Int kif tħossok?  [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra t-2 Timotju 3:16.] 

Many wonder if our personal anxieties and sorrows are of any concern to God. What do you think? [Allow for response. Then read Psalm 34:18.]

Ħafna jitħassbu jekk Alla jimpurtahx milll-anzjetajiet persunali u n-niket tagħna. Int x’taħseb?  [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 34:18.]

Many people pray for God’s name to be sanctified, or hallowed. Have you ever wondered what that name is? [Allow for response. Then read Psalm 83:18.]

Ħafna nies jitolbu biex jitqaddes isem Alla. Ġieli ħsibt x’inhu dak l-isem?  [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 83:18.]

Do you think God listens to all prayers? [Allow for response.] Notice what Jesus said on the subject. [Read Matthew 6:7 or 1 John 5:14, 15]

Taħseb li Alla jisma’ t-talb kollu?  [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota Ġesù x’qal dwar dan.  [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Mattew 6:7 jew l-1 Ġwann 5:14, 15.]

Since God is in heaven, some conclude that it is impossible to get to know him. Have you ever felt that way? [Allow for response. Then read John 17:3.]

Peress li Alla jinsab fis-sema, xi wħud jikkonkludu li huwa impossibbli li ssir tafu. Ġieli ħassejtek hekk?  [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ġwann 17:3.]

There are many opinions about Jesus. Some think that he was the promised Messiah. Others feel that he was just a good man. Still others believe that he never existed. What’s your opinion? [Allow for response.] According to the Bible, it’s important to know the truth about him. [Read John 17:3.]

Jeżistu ħafna opinjonijiet differenti dwar Ġesù. Xi wħud jaħsbu li kien il-Messija mwiegħed. Oħrajn iħossu li kien sempliċement raġel tajjeb. Jerġa’ oħrajn jemmnu li qatt m’eżista. X’inhi l-opinjoni tiegħek?  [Agħti ċans għal tweġiba.] Skond il-Bibbja, hu importanti li tkun taf il-verità dwaru.  [Aqra Ġwann 17:3.]

We know that Jesus Christ performed many miracles in his day. If you could ask him to perform one more miracle, what would it be? [Allow for response. Then read Ps. 72:12-14, 16.]

Nafu li Ġesù Kristu wettaq ħafna mirakli fi żmienu. Li kieku stajt tistaqsih biex jagħmel miraklu ieħor biss, xi jkun? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Sa. 72:12-14, 16.]

If you could change one thing about our world, what would it be? [Allow for response.] The Bible shows why humans are limited in what they can accomplish. [Read Jeremiah 10:23.]

Li kieku stajt tbiddel ħaġa waħda fid-dinja tagħna, xi tkun? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja turi għala l-bnedmin huma limitati f’dak li jistgħu jwettqu. [Aqra Ġeremija 10:23.]

Many people fear that a nuclear war or a climate change will ruin or destroy the earth. Do you think that will ever happen? [Allow for response.] Notice what the Bible says on this subject. [Read Revelation 11:18 or Psalm 37:29.]

Ħafna nies jibżgħu li xi gwerra nukleari jew bidla fil-klima se jirrovinaw jew jeqirdu l-art. Taħseb li dan jista’ jiġri xi darba?  [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja dwar dan is-suġġett. [Aqra Rivelazzjoni 11:18 jew Salm 37:29.]

All of us long to see an end to crime, violence, and war. Do you think that we will ever see these words fulfilled? [Read Psalm 37:11 or Isaiah 14:7.]

Ilkoll kemm aħna nixtiequ naraw it-tmiem tal-kriminalità, il-vjolenza, u l-gwerer. Taħseb li qatt xi darba se naraw dan il-kliem jitwettaq?  [Aqra Salm 37:11 jew Isaija 14:7.]

Many people long for peace on earth. Do you think that we will ever see these words fulfilled? [Read Psalm 46:9.]

Ħafna nies jixxennqu għall-paċi fuq l-art. Taħseb li qatt xi darba se naraw dan il-kliem jitwettaq? [Aqra Salm 46:9.]

Many of us struggle to make ends meet, and some people don’t even have life’s necessities. Do you think we will ever see a time when no one is poor? [Allow for response. Then read Psalm 9:18.]

Ħafna minna jitħabtu biex ilaħħqu mal-ħajja, u xi nies lanqas biss għandhom il-bżonnijiet ta’ kuljum. Taħseb li qatt xi darba se naraw iż-żmien meta ħadd ma jkun fqir? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 9:18.]

If you had the power to do so, would you bring about these changes? [Read Revelation 21:4.]

Li kieku kellek il-qawwa biex tagħmel hekk, kont iġġib dawn il-bidliet? [Aqra Rivelazzjoni 21:4.]

Do you think a day will ever come when these words come true? [Read Isaiah 33:24.]

Taħseb li qatt xi darba se jiġi ż-żmien meta jseħħ dan il-kliem? [Aqra Isaija 33:24.]

Do you think that science will someday put an end to sickness and disease? [Allow for response. Then read Psalm 146:3-5.]

Taħseb li x-xjenza xi darba se ttemm il-mard? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 146:3-5.]

Most of us desire good health and a long life. Do you think that keeping a positive outlook can improve our health? [Allow for response. Then read Proverbs 17:22.]

Kważi lkoll kemm aħna nixtiequ saħħa tajba u ħajja twila. Taħseb li nistgħu ntejbu saħħitna jekk ikollna ħarsa pożittiva? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Proverbji 17:22.]

Many people suffer discrimination because of their gender, religion, or race. How do you think God feels about such prejudice? [Then read Acts 10:34, 35.]

Ħafna nies ibatu minn diskriminazzjoni minħabba s-sess, ir-reliġjon, jew ir-razza tagħhom. Kif taħseb li jħossu Alla dwar preġudizzju bħal dan? [Imbagħad aqra Atti 10:34, 35.]

Many people wonder why mankind’s problems seem to be getting worse. Have you ever considered this as a possibility? [Read Revelation 12:9.]

Ħafna nies jistaqsu għala l-problemi tal-umanità donnhom sejrin għall-agħar. Ġieli kkunsidrajt din il-possibilità? [Aqra Rivelazzjoni 12:9.]

Do you think we are living in the time period that is described in this prophecy? [Read 2 Timothy 3:1-4.]

Taħseb li qed ngħixu fiż-żmien deskritt f’din il-profezija? [Aqra t-2 Timotju 3:1-4.]

Did you know that the Bible foretells that eventually there will be only one government ruling the whole world? [Read Dan. 2:44 or Matt. 6:9, 10.]

Kont taf li l-Bibbja tbassar li eventwalment se jkun hawn gvern wieħed biss li jmexxi d-dinja kollha? [Aqra Dan. 2:44 jew Matt. 6:9, 10.] 

Problems are certain to arise in every family. Where do you think families can go to get reliable and practical advice? [Allow for response. Then read Psalm 32:8.]

Il-problemi żgur ħa jqumu f’kull familja. Fejn taħseb li l-familji jistgħu jsibu pariri prattiċi u ta’ min joqgħod fuqhom? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 32:8.]

There are many conflicting opinions on child rearing today. Do you think that it is possible for parents to obtain reliable advice? [Allow for response. Then read Psalm 32:8.]

Illum il-ġurnata jeżistu ħafna pariri differenti fuq it-trobbija tat-tfal. Taħseb li huwa possibbli li l-ġenituri jsibu pariri ta’ min joqgħod fuqhom? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 32:8.]

Every marriage has challenges. Where do you think couples can go for reliable advice? [Allow for response.] Note this practical direction. [Read Ephesians 4:32 or Ephesians 5:22, 25.]

Kull żwieġ fih il-problemi. Fejn taħseb li l-koppji jistgħu jsibu pariri ta’ min joqgħod fuqhom? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota din id-direzzjoni prattika. [Aqra Efesin 4:32 jew Efesin 5:22, 25.]

Many people today fear the future. Do you think things will get better, or do you think they will get worse? [Allow for response. Then read Revelation 21:3, 4.]

Ħafna nies illum jibżgħu mill-futur. Taħseb li l-affarijiet se jitjiebu, jew taħseb li se jmorru għall-agħar? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rivelazzjoni 21:3, 4.]

As you contemplate the future, do you feel hopeful or doubtful? [Allow for response.] The Bible predicted the unsettling events we see today and their outcome. [Read 2 Tim. 3:1, 2, 5 or Prov. 2:21, 22.]

Meta timmaġina l-futur, tħossok fiduċjuż jew dubjuż? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja bassret il-ġrajjiet inkwetanti li qed naraw illum u għalxiex kienu se jwasslu. [Aqra t-2 Tim. 3:1,2, 5 jew Prov. 2:21, 22.]

Where do you think we can turn to for help to deal with the pressures of life? [Allow for response. Then read Romans 15:4 or Psalm 119:105.]

Fejn taħseb li nistgħu nduru għall-għajnuna biex inkampaw mal-pressjonijiet tal-ħajja? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rumani 15:4 jew Salm 119:105.]

People look to various sources for direction in their lives. What do you feel is the best source of practical guidance? [Allow for response.] What do you think about this statement? [Read Proverbs 2:6, 7,  Psalm 119:105 or 2 Timothy 3:16 and allow for response.]

In-nies ifittxu kullimkien għal gwida f’ħajjithom. Int fejn taħseb li nistgħu nsibu l-aqwa gwida prattika? [Agħti ċans għal tweġiba.] X’taħseb dwar din l-istqarrija? [Aqra Proverbji 2:6, 7, Salm 119:105 jew t-2 Timotju 3:16 u agħti ċans għal tweġiba.]

Where do you think we can turn to for reliable advice when facing important decisions? [Allow for response. Read Proverbs 3:5, 6.]

Fejn taħseb li nistgħu nsibu pariri ta’ min joqgħod fuqhom meta niffaċċjaw deċiżjonijiet importanti? [Agħti ċans għal tweġiba. Aqra Proverbji 3:5, 6.]

What do you think people need in order to be happy? [Allow for response. Then read Matthew 5:3.]

X’taħseb li għandhom bżonn in-nies biex ikunu ferħanin? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Mattew 5:3.]

Some people believe that the more money they have the more satisfying their life will be. Do you think that is true? [Allow for response.] Notice what a man who was enormously wealthy wrote. [Read Ecclesiastes 5:10.]

Xi nies jemmnu li iktar ma jkollhom flus iktar se jkollhom ħajja sodisfaċenti. Taħseb li dan veru? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’kiteb wieħed raġel sinjur ħafna. [Aqra Ekkleżjasti 5:10.]

Do you think the world would be a better place if everyone applied this advice? [Read Romans 12:17, 18.]

Taħseb li d-dinja tkun post aħjar li kieku kulħadd japplika dan il-parir? [Aqra Rumani 12:17, 18.]

Do you think our community would be a better place if everyone followed this advice? [Read Matthew 7:12.]

Taħseb li l-komunità tagħna tkun post aħjar li kieku kulħadd japplika dan il-parir? [Aqra Mattew 7:12.]

All of us experience the pain of losing loved ones in death. At such times, do you think the Bible can help? [Allow for response. Then read Psalm 55:22.]

Ilkoll kemm aħna nġarrbu l-uġigħ ta’ meta jmutilna xi ħadd għażiż. F’waqtiet bħal dawn, taħseb li l-Bibbja tista’ tkun t’għajnuna? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 55:22.]

Do you think we will ever see our dead loved ones again? [Allow for response.] Notice Jesus’ promise about the dead. [Read John 5:28, 29.]

Taħseb li għad xi darba nerġgħu naraw il-maħbubin mejtin tagħna? [Agħti ċans għal tweġiba.]  Innota l-wegħda ta’ Ġesù dwar il-mejtin. [Aqra Ġwann 5:28, 29.]

Do you think that all religions are acceptable to God? [Allow for response.] Notice the concern expressed here by Jesus. [Read Matthew 15:8, 9.]

Taħseb li r-reliġjonijiet kollha huma aċċettabbli għal Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’inkwetah Ġesù hawnhekk. [Aqra Mattew 15:8, 9.]

There are many churches and denominations with various beliefs and practices. Do you think that everyone who claims to be Christian is really a Christian? [Allow for response.] According to Jesus, this is one identifying mark of true Christians. [Read John 13:34, 35.]

Jeżistu ħafna knejjes u għaqdiet bi twemmin u prattiċi differenti. Taħseb li kulmin jgħid li hu Kristjan ikun verament Kristjan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Skond Ġesù, din hija waħda mill-affarijiet li bihom kellna ngħarfu l-veri Kristjani. [Aqra Ġwann 13: 34, 35.]

Close Menu