I have been asking everyone a question.

Qed nistaqsi mistoqsija lil kulħadd.

I am talking to my neighbors about …

Qed nitkellem mal-ġirien tiegħi dwar …

I am talking to my neighbors about where to find practical help to cope with life’s problems.

Qed nitkellem mal-ġirien tiegħi dwar fejn tista’ ssib għajnuna prattika biex tkampa mal-problemi tal-ħajja.

I have been talking to people about …

Kont qed nitkellem man-nies dwar …

Almost everyone we talk to wants to see peace in the world, but we still have wars.

Kważi dawk kollha li nitkellmu magħhom jixtiequ jaraw il-paċi fid-dinja, madankollu xorta għandna l-gwerer.

Most people…

Il-maġġoranza tan-nies…

Most people are tired of hearing about problems. They want solutions.

Il-maġġoranza tan-nies għejjew jisimgħu bi problemi. Jixtiequ soluzzjoni.

Most people desire good health and a long life.

Il-maġġoranza tan-nies jixtiequ saħħa tajba u ħajja twila.

All of us…

Ilkoll kemm aħna…

All of us are interested in having a happy family life.

Ilkoll kemm aħna nixtiequ li jkollna ħajja tal-familja ferħana.

All of us are concerned with the crime and violence in our area.

Ilkoll kemm aħna kkonċernati dwar il-kriminalità u l-vjolenza fl-inħawi fejn noqogħdu.

Many people …

Ħafna nies…

Many people believe that our destiny in life has already been determined.

Ħafna nies jemmnu li d-destin tagħna fil-ħajja ġie determinat minn qabel.

Many people are troubled by the unfairness in the world.

Ħafna nies huma mnikktin bl-inġustizzja li hawn fid-dinja. 

Many people say that they believe only in what they can see.

Ħafna nies jgħidu li huma jemmnu biss f’dak li jistgħu jaraw b’għajnejhom.

Some people …

Xi nies…

Some feel that God is responsible for everything that happens.

Xi wħud iħossu li Alla hu responsabbli ta’ kulma jiġri.

Some people say that all religions are different roads that lead to the same God.

Xi nies jgħidu li r-reliġjonijiet kollha huma toroq differenti li jwasslu għand l-istess Alla.

Others…

Oħrajn…

Many people believe in miracles. Others are skeptical.

Ħafna nies jemmnu fil-mirakli. Oħrajn huma xettiċi.

Many feel we were created. Others feel we evolved.

Ħafna jemmnu li aħna ġejna maħluqin. Oħrajn jemmnu li evolvejna.

There are many conflicting opinions about this.

Jeżistu ħafna opinjonijiet differenti dwar dan.

In many parts of the world, people feel that moral standards are declining.

F’ħafna partijiet tad-dinja, in-nies iħossu li l-livelli morali sejrin lura.

Today, people seek advice from many sources on marriage and raising children.

Illum, in-nies ifittxu pariri minn kullimkien dwar iż-żwieġ u t-trobbija tat-tfal.

Today injustice abounds.

Illum l-inġustizzja tinsab kullimkien.

Today life has many challenges that can rob us of happiness.

Illum il-ħajja fiha ħafna sfidi li jistgħu jisirqulna l-ferħ.

Today there seems to be a dramatic increase in the number of single-parent families.

Illum donnu qed ikun hawn żjieda kbira fl-għadd ta’ familji b’ġenitur wieħed.

Nowadays, just about everyone is finding it difficult to make ends meet.

Illum il-ġurnata, kważi kulħadd qed isibha diffiċli biex ilaħħaq mal-ħajja.

In these difficult times, many are anxious about the future.

F’dawn iż-żminijiet diffiċli, ħafna qed jinkwetaw dwar il-futur.

In these difficult times, we all face challenges that place stress on families.

F’dawn iż-żminijiet diffiċli, ilkoll kemm aħna niffaċċjaw sfidi li joħolqu stress fuq il-familja

At this time of year, many people think about the birth of Jesus.

F’dan iż-żmien tas-sena, ħafna nies jiftakru fit-twelid ta’ Ġesù.

It seems that life is getting more and more stressful.

Donnu li l-ħajja qed issir iktar u iktar stressanti.

It seems that cruel acts are becoming more common.

Donnu li l-atti ta’ moħqrija qed isiru iktar komuni.

As you know, caring for a family is a challenge these days, and being a mother is a demanding job.

Bħalma taf, f’dan iż-żmien m’huwiex faċli biex tieħu ħsieb familja, u li tkun omm hu xogħol iebes.

No doubt you’ve seen that while marriages usually get off to a joyful start, many break up.

Żgur li ndunajt li għalkemm iż-żwiġijiet jibdew bit-tajjeb, ħafna minnhom jitfarrku.

No doubt you agree that mankind is plagued with many incurable diseases.

Żgur li taqbel li l-umanità tinsab milquta b’ħafna mard li m’għandux fejqan.

Close Menu